Ġiżirana tad-deheb propjeta ta’ Matthew Zahra, li l-katavru tiegħu kien instab midfun f’għalqa fil-Qajjenza s-sena l-oħra, sparixxiet waqt l-investigazzjoniji dwar il-qtil tiegħu.
Dwar dan bħalissa għaddejja inkejsta biex ikun magħruf fejn din il-ġiżirana setgħet spiċċat. Dan ġie żvelat wara talba li għamlel l-Avukat Stefano Filletti, li qed jidher għall-familja tal-vittma, li għamel talba formali lill-Qorti biex il-ġiżirana tiġi rilaxxata.
Il-każ tal-ġiżirnana ssemma quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli meta xi ġimgħat ilu kien qed jixhed Alfredo Attard, li qal li qabel ma hu difen lil Zahra u għatta ġismu bil-ħamrija, Ronald Urry, wieħed mill-akkużati kien ħa l-ġiżirana ta’ Zahra minn fuq għonqu, iżda l-akkużat l-ieħor Jason Galea kien qallu biex ippoġġiha lura.
Jason Galea ta’ 40 sena minn Birżebbuġia u Ronald Urry, 49 sena minn Raħal Ġdid qegħdin iwieġbu mhux ħatja tal-qtil tiegħu. Zahra kien ilu nieqes minn nhar il-15 ta’ Awwissu tas-sena 2012, u nstab midfun f’għalqa fil-Qajjenza f’Lulju tal-2013. Miegħu kienu nstabu midfunin, Mario Camilleri magħruf bħala “L-Imnieħru” u ibnu Mario Camilleri “Junior”.
L-Avukat Filletti qal fil-Qorti li huwa kien qed jitlob ir-rilaxx tal-ġiżirnana minħabba li l-familja Zahra għandhom bżonnha biex ikopru l-ispejjeż tal-għajxien tagħhom. Minn naħa l-Ispettur Anzjan Chris Pullicino qal li l-ġiżirana ma tistax tinstab u ntilfet waqt il-kors tal-investigazzjonijiet u għalhekk bdiet inkjesta fuq il-każ.
Galea u Urry qegħdin jiġu mixlijin bl-involviment tal-qtil tas-17 ta’ Lulju tas-sena l-oħra, akkużati bl-omiċidju ta’ Matthew Zahra
//= $special ?>