Kienet thedded ukoll lil żewġha Malti li jekk tinqabad tqila tabortixxi
Il-Qorti tal-Familja laqgħet talba ta’ raġel Malti li jannulla ż-żwieġ tiegħu wara li qieset il-fatt li martu, ta’ nazzjonalita’ Pollakka mill-ewwel kellha l-ħsieb li tannullah. Il-mara Pollakka miżżewġa Malti kienet għamlitha ċara lir-raġel li ma ridietx ikollha tfal u wissietu li jekk joħroġha tqila terġa’ tagħmel abort kif kienet għamlet diġà. Dan ħareġ minn kawża li r-raġel fetaħ kontriha fil-Qorti tal-Familja fejn talab li ż-żwieġ ta’ bejniethom jiġi annullat.
Wara li l-mara baqgħet ma xehditx u kkunsidra x’kellu xi jgħid ir-raġel u ħuh, l-Imħallef Robert Mangion irrimarka li ż-żwieġ ma setax jiġi annullat fuq il-fatt li hija ma riditx tfal għax ir-raġel kien jaf minn qabel b’dan u ma setax jgħid li hija qarrqet bih.
Fl-istess waqt huwa laqa’ l-ilment tiegħu li l-mara daħlet għaż-żwieġ diġà bil-ħsieb li tkun tista’ titterminah u meta kien ikollhom xi jgħidu kien tgħidlu li riedet tiddivorzja. Kien għalhekk li laqa’ it-talba tar-raġel għall-annullament minħabba li fil-mument tal-kunsens tagħha hija ma resqitx għaż-żwieġ kif kontemplat fil-liġi Maltija.
//= $special ?>
