Kif ħareġ mill-istatistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblikata llum dwar il-persuni jaħdmu bi qligħ, matul it-tnax-il xahar li għadda, il-Gvern daħħal kważi 1,800 persuna jaħdmu miegħu – li tfisser aktar minn terz tal-impjiegi full-time maħluqa fl-istess perjodu.
Fi stqarrija l-Kelliem tal-Finanzi Tonio Fenech qal li dan qed ipoġġi piż akbar fuq il-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżna u li qed twassal ukoll biex il-Gvern jibqa’ taħt il-proċeduri tal-Kummissjoni Ewropea għal Stati Membri b’defiċit eċċessiv. B’hekk huwa evidenti li, quddiem rata ta’ qgħad li bdiet tikber b’rata mgħaġġla fl-aħħar xhur, il-Gvern qed jgħatti din il-problema billi jdaħħal aktar nies jaħdmu miegħu.
Il-Kelliem tal-Finanzi Tonio Fenech ikkonkluda li barra minn hekk, parti sostanzjali taż-żieda tal-persuni jaħdmu bi qligħ, qed jaħdmu fis-settur tal-part-time.
//= $special ?>