DIVINA huwa l-isem ta’ produzzjoni artistika li l-kumpanija taż-żfin Naupaca se tkun qed itella’ f’Dar il-Mediterran fis-17 t’Ottubru, u fit-Teatru Aurora f’Għawdex fl-24 t’Ottubru li ġej.
Dettalji dwar din il-produzzjoni tħabbru waqt preżentazzjoni li saret fl-Istitut Culturale Italiano fil-Belt Valletta.
Ibbażata fuq il-kitba u l-litteratura ta’ Dante Alighieri tax-xogħol ‘La Divina Commedia’, il-produzzjoni se tkun maqsuma fi tlett partijiet; l-istess bħax-xogħol ta’ Dante Alighieri innifsu: il-Ġenna, il-Purgatorju u l-Infern.
Ix-xogħol ta’ Dante jitratta l-vjaġġ ta’ persuna fil-ħajja ta’ wara l-mewt. Ir-Russu Sergey Kheylik u t-Taljan Francesco Mariottini huma l-mistiedna speċjali għal din il-produzzjoni, li ġew mistienda biex jipparteċipaw fiż-żewġ rwoli prinċipali; ta’ Dante u ta’ Virgil.
Francesco Mariottini esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal fatt li qed jipparteċipa f’din il-produzzjoni.
In-Naupaca Dance Factory twaqqfet fl-2004 minn Joeline Tabone, u dis-sena qed tiċċelebra l-għaxar anniversarju.
//= $special ?>