Laqgħa li kella ssir illum dwar it-tilwima industrijali bejn il-union tal-għalliema, l-MUT u l-Gvern ġiet posposta.
Il-portal tal-istudenti Universitarji Insiter Online kif ukoll il-paġna uffiċjali tal-Kunsill tal-Istudenti tal-Universita’ (il-KSU) irrapurtaw li l-Gvern ippospona l-laqgħa li kellha sservi biex ikomplu n-negozjati bejn il-Gvern u l-għalliema hekk kif bħalissa jidher li d-diskussjonijiet jinsabu staġnati bil-konsegwenza li eluf ta’ studenti Universitarji u tal-Junior College għadhom qed jistennew ir-riżultati.
Fl-aħħar jiem kompliet tiżdied ir-rabja tal-istudenti għad-dewmien tal-publikazzjoni tar-riżultati tal-eżamijiet, bil-KSU jmexxi kampanja ta’ informazzjoni u pressjoni bil-għan li n-negozjati jkomplu biex l-istudenti jkunu jistgħu jirċievu r-riżultati tagħhom.
Fl-aħħar jiem ukoll kien ippubblikat vidjo fejn numru kbir t’għaqdiet tal-istudenti ingħaqdu flimkien biex iwasslu l-ilmenti tagħhom dwar dan id-dewien… li qed jaffettwa b’mod ħażin ħafna lil eluf ta’ studenti li għadhom ma jafux jekk hux se jkunu promossi għal sena oħra jew le.
Din l-aħħar aħbar li l-Gvern ippospona laqgħa fejn suppost fiha kienu se jkomplu d-diskussjonijiet qajjmet aktar rabja fost l-istudenti Universitarji u tal-Junior College.
//= $special ?>