Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fisser it-traġedja tal-linja tal-ajru tal-Malasja MH17 li fiha tilfu ħajjithom 298 persuna, bħala inaċċettabli u li setgħet ġiet evitata. SiMon Busuttil għamel dawn il-kummenti lill-ġurnalisti ftit wara li ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi fl-ambaxxata tal-Olanda, hekk kif il-maġġoranza tal-vittmi tat-traġedja, 193 passiġġier minn 298, huma Olandiżi.
Simon Busuttil qal li għandhom isiru l-investigazzjonijiet kollha li hemm bżonn biex il-mistoqsijiet li qegħdin isiru jiġu mwieġba, u għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji biex it-traġedja ma tibqax għaddejja qisu xejn mhu xejn. Ħafna gvernijiet, partikolarment ta’ stati membri tal-Unjoni Ewropea qed jistennew risposti għal numru ta’ mistoqsijiet. Fl-ambaxxata tal-Olanda, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil intlaqa’ mill-ambaxxatriċi għal Malta, Rita Dulci Rahman.
//= $special ?>