MaltaRightNow tinsab infurmata li f’Mater Dei m’hemmx dawl u l-isptar ilu għal din l-aħħar siegħa mixgħul fuq il-generators tal-isptar.
L-użu tal-generators minħabba l-fatt li m’hemmx dawl m’għandhomx jaffettwaw il-kura tal-pazjenti, madanakollu, persuna li tkellem ma’ MaltaRightNow qalilna li ħaddiema tal-isptar ma setgħux jiffissaw appuntament għall-isptar meta dan mar bir-‘referral note’ minħabba din il-problema.
Id-dawl f’Mater Dei telaq għall-ħabta tal-9.45am u mhux magħruf meta se jerġa’ jiġi. L-anqas m’hi magħrufa r-raġuni għalfejn mar id-dawl fl-isptar Mater Dei.
//= $special ?>