Il-Kumpanija STYLISH, importaturi ewlenin ta’ kmamar tal-banju u ċeramika nidiet fis-suq prodotti innovattivi ibbażati fuq in-natura. Dawn jinkludu sinks magħmula mill-fossili kif ukoll ċeramika u madum magħmul minn materjal skavat mill-blat. L-iktar prodott li ġibed l-għajn kien il-Moss Tile, prodott uniku magħmul minn materjal ta’ ħaxix ħaj.
It-tnedija saret fix-showroom ta’ Stylish Bathroom f’San Ġiljan.
Id-Direttur Manigerjali tal-kumpanija Stylish Sean Fitz tkellem ukoll dwar kif il-kumpanija nidiet ukoll prodotti oħrajn magħmula minn ċeramika li tixbaħ ħafna l-injam u li ma għandha bżonn l-enda tip ta’ manutenzjoni. Huwa sostna li bit-tnedija ta’ dawn il-prodotti l-kumpanija qiegħda fuq quddiem net f’dan is-settur.
//= $special ?>