Lokali

MŻPN imexxi l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-liġi dwar id-drogi

Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista(MŻPN) ilu jemmen li r-riforma tal-liġi li tirrigwarda d-droga huwa pass li jista’ potenzjalment ikollu konsegwenzi pożittivi fuq livell nazzjonali.

Fi stqarrija l-MŻPN stqarr li se ikun qiegħed imexxi l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet kollha konċernati u mal-partijiet kollha interessati fir-rigward tal-White Paper pubblikata riċentiment mill-Onor. Dr. Owen Bonnici fir-rigward tal-msemmija riforma.Il-proċess ser ikun jinkludi numru ta’ laqgħat u attivitajiet.

L-MŻPN jisħaq li bħala għaqda li dejjem emmnet fl-importanza ta’ konsultazzjoni wiesgħa kemm jista’ jkun dwar kull materja ta’ importanza l-MŻPN ser tkun qed tilqa’ l-veduti tal-pubbliku in ġenerali wkoll.

L-MŻPN ikollonkluda li dawn il-veduti jistgħu jitwasslu lil MŻPN permezz ta’ email fuqmzpn@pn.org.mt jew permezz tal-posta fuq MŻPN, Dar Ċentrali Partit Nazzjonalista, Triq Herbet Ganado, Pieta’.