Sliema Frank Salt……..16
Valletta McDonalds….12
(4-3),(5-3),(3-2),(4-4)
Sliema Frank Salt għaddew għall-finali tan-knock tal-Premier meta meritatament għelbu lil Valletta McDonalds 16-12. Il-wirja ta’ Valletta kienet sodisfaċenti iżda wara l-ewwel sessjoni, Sliema dejjem kellhom vantaġġ li setgħu jamministrawh biex avvanzaw.
Sliema rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet u daħlu jistrieħu tliet gowls fil-vantaġġ. Valletta setgħu ġew żewġ gowls minn taħt iżda m’approfittawx u Sliema kabbru l-vantaġġ u komplew jamministraw il-partita sat-tmiem.
Sliema: R. Coleiro, J. Gabarretta (1), N. Lubrano (2), T. Sullivan (1), M. Meli, J. Soler (2), J. Borg, C. Cluett, J. Brownrigg (1), A. Attard (2), A. Basara (1), A. Petkovic (6), K. Schembri
Valletta: R. Sciortino, R. Mock, M. Spiteri Staines, M. Korolija (3), D. Abela, S. Cachia, D. Paolella (1), C. Zammit (1), C. Debono, R. Scerri, M. Cordina (1), D. Filipovic (5), M. Rizzo (1)
Referees: Mario Dalli, Giovanni Del Bosco
Partita bilanċjata
Marsascala MOR€…….13
Marsaxlokk Fischer…..12
(6-3),(4-4),(2-2),(1-3)
Marsascala MOR€ għaddew għall-finali tan-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni meta f’partita bilanċjata għelbu lil Marsaxlokk Fischer 13-12. Għal Marsascala reġgħu spikkaw Mora u Marnitz li skorjaw disgħa bejniethom.
Id-differenza fil-partita waslet fl-ewwel sessjoni meta Marsascala rebħu 6-3. Iż-żewġ sessjonijiet ta’ wara spiċċaw draw u minkejja li Marsaxlokk kienu erba’ gowls żvantaġġ fl-aħħar sessjoni naqqsuh għal gowl iżda ma kienx biżżejjed biex Marsascala avvanzaw għall-finali.
Marsascala: D. Spiteri, J.C. Cutajar (1), S. Mora (4), C. Bonello, E. Meli (1), L. Grixti (1), K. Rizzo Naudi, J. Cremona (1), S. Micallef, M. Pace, D. Cassar, G. Marnitz (5), J. Cremona
Marsaxlokk: A. Xuereb, A. Agius, B. Fulope (2), A. Galea, G. Busuttil (2), C. Bugeja (2), S. Xerri de Caro (2), A. Mifsud, O. Frick, A. Arrigo, D. Borg Millo (2), M. Scerri
Referees: Ronnie Spiteri, Giovanni Lo Dico


