Glenn Sciortino, student tal-Istitut tal-Inġinerija Elettronika fl-MCAST ġie fl-ewwel post f’kompetizzjoni internazzjonali li rat il-parteċipazzjoni ta’ seba’ pajjiżi f’kompetizzjoni dwar l-intraprenditorija.
Il-kompetizzjoni saret bħala parti minn proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, taħt il-programm Leonardo da Vinci, bl-isem ta’ ‘Promote Youth Entrapreneurship’. Il-proġett huwa mmirat lejn żgħażagħ bil-għan li jinkoraġixxiehom jisfruttaw il-potenzjal imprenditorjali tagħhom.
Fl-Islovakkja, Glenn Sciortino preżenta lil Malta bil-proġett tiegħu. Ħadna l-kumment tiegħu dwar il-proġett li bih għażel li jipparteċipa.
F’ċeremonja fl-MCAST, l-istudent ġie preżentat b’ċertifikat mill-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST Stephen Cachia u mill-Inġinier Jonathan Borg, Direttur ta’ MECB Malta, li avviċinat lill-grupp ta’ studenti biex jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni.
L-istudent Glenn Sciortino kkummenta li l-fatt li ġie l-ewwel f’din il-kompetizzjoni li fiha ħadu sehem seba’ pajjiżi, tagħtih fatturi li ‘l quddiem żgur li jgħinuh fil-ħajja imprenditorjali tiegħu.
//= $special ?>