Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech se jkun indispost għal xi ġranet wara li kellu jsiefer għal kura medika
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech matul il-ġurnata tal-bieraħ irċieva għadd ta’ messaġġi ta’ awgurju għal fejqan ta’ malajr hekk kif tħabbar li qed jingħata kura medika barra minn Malta.
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami se jkun indispost għal xi ġranet wara li kellu jsiefer għal kura medika.
Filwaqt li awgura fejqan ta’ malajr lil beppe Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista appella fl-istqarrija li tiġi rispettata l-privatezza tal-familja.
Fi stqarrija separata, il-Partit Laburista u l-Grupp Parlamentari Laburista awguraw fejqan ta’ malajr lill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami. L-istqarrija maħruġa mill-Partit Laburista wasslet awgurju biex wara li jagħmel il-perjodu ta’ konvalixxenza tiegħu, Beppe Fenech Adami jkun jista’ jkompli bir-rutina tiegħu ta’ kuljum.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca awgurat ukoll fejqan ta’ malajr lil Beppe Fenech Adami u esprimiet kuraġġ mal-mara u t-tfal.
Min-naħa tiegħu l-iSpeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia awgura fejqan ta’ malajr għal Beppe Fenech Adami u wassal xewqat ta’ sosten u solidarjetà lill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-familjari tiegħu.
//= $special ?>