L-iskwadri li huma inkarigati mill-aħħar vjaġġ tal-‘Costa Concordia’ ipposponew għallum it-tluq ta’ dak li għad fadal mill-vapur tal-cruises partikolari. Dan fost ir-rapporti li l-vapur se jinġibed, ‘f’xi ħin’ mill-inħawi tal-Gżejjer ta’ Giglio fejn ilu inkaljat għal dawn l-aħħar sentejn u nofs.
Kelliema għall-aġenzija inkarigata mill-protezzjoni Ċivili ikkonfermaw l-aħħar żviluppi, bl-inġiniera jsostnu li l-proĊess għall-hekk-imsejjaħ refloating tal-‘Concordia’ issa hu konkluż. Intant, saret xorta l-evalwazzjoni finali taĊ-Ċirkostanzi qabel iż-żmien tat-tluq opportun.
L-aħħar vjaġġ tal-‘Concordia’ mistenni jdum għal erbat ijiem u meta l-vapur għandu jitwassal fi scap yard, fil-port ta’ Genoa, bl-iskop li jitkisser f’biċċiet.
//= $special ?>

