Ikompli l-każ tal-mara li allegatament ġieghlet lit-tifla tgħid li missierha abbużaha bl-ex sieħeb taghha jsostni li bintha kienet qaltlu li missierha qatt ma messha.
L-ex sieheb ta’ Lisa May Camilleri ta’ 48 sena minn Bugibba u li hija mixlija li gieghlet lil bintha biex tghid li missierha abbuza minnha qal fil-Qorti li meta kien joħrog mal-akkuzata, bintha qaltlu li mhux minnu li missierha kien abbuża minnha.
Camilleri qed tiġi mixlija li nstigat lil bintha biex tistqarr li kien sar reat meta fil-fatt ma kienx minnu u biex jittieħdu passi dixxiplinarji kontra Emmanuel Camilleri, missier it-tifla. Hija tressqet il-Qorti wara li bintha qalet li kienet xebgħet tigdeb fuq missier fuq ordni ta’ ommha.
Fis-seduta xehed Alan Thorne li madwar erba’ snin ilu kien joħroġ ma’ Lisa May Camilleri. Hu xehed li darba minnhom it-tifla, Leanne Camilleri, kienet qaltlu li missierha fil-verita’ qatt ma kien messha. Ix-xhud żied li jiftakar ukoll li x’ħin qaltlu dan il-kliem, it-tifla kienet infaqgħet tibki.
Xehed il-prezentatur televiżiv Peppi Azzopardi li qal li l-missier Emmanuel Camilleri kien mar fuq il-programm Xarabank u ddikjara li kien lest joqgħod għal “lie detector” biex toħroġ il-verita kollha fuq il-każ.
Il-prezentaur Peppi Azzopardi qal li kien hemm tifla, llum tfajla, li riedet tgħid li dak li kien qed jiġi attribwit lejn Camilleri mhuwa minnu xejn għax it-tifla kienet qaltilha dwar dan. Din it-tfajla kienet ukoll kellmet dwar dan kollu lil Fr. Hilary Tagliaferro u qaltlu b’kollox.
Wara xehed Emmanuel Camilleri, il-missier tat-tifla, li qal li fis-26 ta’ Frar 2004 il-Pulizija kellmuh fuq l-allegazzjoni li bagħabas lil bintu. Hu dejjem ċaħad iżda tressaq il-Qorti fejn kien akkużat b’korruzzjoni ta’ minorenni u li fil-Qorti kien ingħad li hu stupra lil bintu ħames darbiet, meta xhud mediku kienet qalet li t-tifla kienet ghadha verġni. Fil-Qorti t-tifla kienet qalet li kien stupraha ħames darbiet.
Meta kienet qed tixhed fil-kawza Kostituzzjonali li għamel Emmanuel Camilleri kontra l-Kummissarju, l-Avukat Generali u kontriha, l-Ispettur Louise Calleja xehdet li Leanne Camilleri kienet qalet li zijitha offrietilha Lm5 biex tgħid li mhux minnu li missiera bagħabasha
//= $special ?>