L-ajruplan bil-katavri tal-vittmi li tilfu ħajjithom wara li ġġarraf l-ajruplan tal-Malaysia Airlines mistenni jasal fil-belt Olandiża ta’ Eidhoven. L-ajruplan mistenni jasal lura għall-ħabta tas-14:00. Dan wara li l-ferrovija mimlija bil-fdalijiet tal-vitmi li tilfu ħajjithom waslet ilbieraħ f’din il-belt Ukrena.
193 mill-298 vittma ta’ dan id-dizastru kienu Olandizi, il-pajjiz minn fejn telqet din it-titjira. Fl-Olanda qed issir ukoll gurnata ta’ luttu b’rispett ghall-vittmi.
Il-pajjiżi li tilfu ċ-ċittadini fit-tiġrif tal-Malaysian Airlines, fosthom l-Olanda, r-Renju Unit u l-Awstralja, ilhom il-jiem jesprimu tħassib dwar is-siguta madwar is-sit fejn niżel l-ajruplan.
//= $special ?>

