Il-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja iddecidiet li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga allegazzjoni li kienet saret fil-konfront tal-Birdlife mill-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassabba u Konservazzjonisti li qed jallegaw li l-Birdlife qegħdin iżommu għasafar protetti b’mod illegali għandhom.
Il-Federazzjoni tal-Kaċċaturi kienet għamlet din l-allegazzjoni meta qalet li l-Birdlife ma ġietx investigata mil-pulizija minkejja rapport li kienet għamlet u għalhekk ghamlet rikors fil-Qorti. Il-kaċċaturi qalu li dan il-kaz kien gie zvelat wara stqarrija ghall-istampa pubblikata f’Ottubru 2012 mill- Birdlife u li giet pubblikata flimkien ma’ ritratt li juri persuni jżommu f’idejhom għasafar fuq mejda bi ksur tal-liġi.
Il-Kummissarju kien infurma lill-kaċċaturi li ma kien hemm l-ebda bażi li fuqha setgħet tittieħed azzjoni kriminali. Il-Qorti issa ddecidiet li hemm każ ta’ prima facie fuq ir-rikors tal-kaccaturi u ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex ikompli jinvestiga u jistabilixxi sew l-identita’ tal-persuni kollha li jidhru fir-ritratt.
//= $special ?>