Lokali

Imwaqqaf il-Forum Nazzjonali tal-Union Maltin

Il-Unions Maltin jingħaqdu b’Forum Nazzjonali tal-Unions Maltin li għandu l-iskop li jkun struttura li fiha l-unions kollha jiddiskutu kwistjonijiet komuni u b’hekk jersqu iktar lejn xulxin fil-ħidma trejdunjonistka tagħhom.

Il-Forum, li twaqqaf bi sħab bejn il-Presidenza u ċ-Ċentru għall-Istudju tax-Xogħol fl-Universita ta’ Malta, tnieda mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca waqt attivita fil-Palazz Presidenzjali li għaliha attendew uffiċjali tal-unions kollha Maltin.

Forum li għandu jħalli riżultati pożittivi fir-relazzjonijiet bejn il-unions Maltin, kif spjega s-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin Josef Vella.

F’Malta hawn 31 union rapprezentati fi 300 post tax-xoghol li jkopru nofs il-haddiema Maltin. B’dawn c-cifri Malta hi post l-aktar pajjizi fid-dinja li fihom li-haddiema huam rapprezentati permezzta’ unions.