Ħadd ma weġġa’ f’inċident fi Triq is-Salini, f’San Pawl il-Baħar fl-inħawi ta’ Kennedy Grove wara li mutur tat-tip KTM Super Moto kellu impatt ma’ karozza Fiat Uno baqa’ dieħel f’karozza tat-tip Hyundai Getz. Fuq il-post waslet ambulanza li madanakollu ma ħadet lil ħadd l-isptar.
Is-sewwieq tal-mutur għandu 25 sena u huwa residenti f’San Pawl il-Baħar, waqt li s-sewwieq tal-Fiat Uno għandu 20 sena u huwa minn Santa Venera. Minn naħa l-oħra l-karozza Hyundai Getz kienet misjuqa minn raġel ta’ 57 sena li huwa mill-Imsida.
Dan l-inċident sar għall-ħabta ta’ 19.30 u għal xi ħin it-triq kienet magħluqa.
Ritratt meħud mill-paġna ta’ facebook: Maltese Roads Traffic Updates
//= $special ?>