Il-midfielder il-ġdid ta’ Chelsea Cesc Fabregas stqarr li x-xewqa tiegħu hi li jirbaħ kull unur mal-klabb ġdid tiegħu. Fabregas ħalla lil Barcelona u ingħaqad ma’ Chelsea għas-somma ta’ madwar 30 miljun lira sterlina. “Kien importanti l-fatt li kont naf li se nilgħab ma’ Chelsea qabel ma bdiet it-Tazza tad-Dinja. It-timijiet ta’ Jose Mourinho minn dejjem kienu timijiet diffiċli biex tilgħab kontrihom u issa għandi l-privileġġ li se nkun f’wieħed minn dawn it-timijiet,” qal Fabregas.
Fabregas se jkun qed jilgħab ma’ żewġ plejers Spanjolji li jaf sew, Fernando Torres u Diego Costa.
//= $special ?>

