Internazzjonali

Aġġornament Numru 3: Jiġġarraf ajruplan tal-linja tal-ajru TransAsia fit-Taiwan

Ajruplan tal-passiġġieri tal-linja tal-ajru TransAsia ġġarraf fit-Taiwan wara li pprova jagħmel inżul ta’ emerġenza. Bħalissa fit-Taiwan hemm stat ta’ alert minħabba t-Tifun ‘Matamo’.

Abbord l-ajruplan kien hemm 58 persuna inkluż 4 membri tal-ekwipaġġ.

Il-Flight GE222 kien qiegħed itti mill-Belt Kaohsiung għall-arċipielgu meta prova jagħmel inżul t’emerġenza fl-ajruport tal-belt ta’ Magong.

L-ajruplan b’magna Turboprop ATR Model 72, prova jagħmel dan l-inżul t’urġenza minħabba l-maltemp ikkawżat mit-Tifun ‘Matmo’, li ħabat fuq it-Taiwan f’dawn l-aħħar jiem.

Shen Chi il-kap tal-Avjazzjoni Ċivili qal li l-ajruplan prova jagħmel kuntatt mal-ajruport ta’ Magong pero tilfu l-kuntatt mat-tieni attentativ li dan l-ajruplan għamel biex jinżel fil-mitjar tal-ajruport ta’ Magong

Skont Shen l-ajruplan kien qiegħed tard minħabba il-kundizzjonijiet ħżiena fit-temp. Bħalissa n-numru maħsub ta’ mwiet huwa ta’ 47 persuna. Yeh Kuag-Shih il-Minsitru responsabli għat-Transport fit-Taiwan qalet li hemm 47 persuna mejta filwaqt li 11 il-persuna huma feruti.

Numru kbir ta’ pumpiera jinsabu fuq il-post biex jgħinu lil dawk abbord.