Lokali

Kariga oħra għal tal-qalba

Il-Gvern Labuirta jkompli bl-istrategija li jagħti karigi lil nies tal-qalba tal-Partit Laburista. Issa jmiss lill-ex ġurnalista u ex preżentariċi tal-istażżjon Laburista Julia Farrugia li tingħata kariga

Fil-fatt Julia Farrugia inħatret f’kariga fl-entita ġdida tal-Gvern Project Malta.

Kif jiżvela l-ġurnal The Times, Julia Farrugia qed takkumpanja lill-Prim Ministru Joseph Muscat fid-delegazzjoni uffiċjali fir-Renju Unit. Jirriżulta li Farrugia attendiet għal diversi laqgħat li l-Pirm Ministru Muscat kellu ma’ komunitajiet kummerċjali fl-Ingilterra. Il-kariga li ingħatat Farrugia hi uffiċjal responsabbli mill-komunikażżjoni u l-koordinażżjoni tal-azzjonisti.

Ftit li xejn ingħata tagħrif dwar l-entita Projeċt Malta għalkemm jidher li din se tkun qed tinkorpora diversi entitajiet bħal Trade Malta u Property Malta li mistennija jkunu imnedija fil-viċin.

L-iskop ta’ Projeċt Malta se tkun dak li tħares lejn is-settur tal-investiment jkun trattat b’mod holistiku u mhux b’mod frammentat. Dan filwaqt li negożjanti Malitn li għandhom interess li jidħlu fis-swieq barranin se jkunu ndirzzati wkol lejn Project Malta.

Il-kariga ta’ Julia Farrugia hi oħra f’linja mal-ħafna karigi li persuni tal-qalb u mill-media tal-Partit Laburista ngħataw. Kemm ilu tela’ l-Gvern Laburista l-ġurnalisti kollha ta’ Super One ingħataw karigi f’Ministeri b’mod minnhom anki jkunu maħtura konsulenti fi ħdan ministri tal-Gvern.