Sport Waterpolo

Neptunes jeliminaw lil qalbiena Sirens

Neptunes Grimaldi qatgħu passaġġ għal finali tan-knock-out meta f’partita kkumbattuta għelbu lil Sirens Ritter Sport 10-9 biex għal darba oħra ser jiltaqgħu kontra Sliema fil-finali. L-eroj għalihom kien Peter Biros li fl-assenza ta’ Steve Camilleri li għal darba oħra ma niżilx fl-ilma skorja ħames gowls. Sirens għandhom għalfejn joħorġu mill-partita b’rashom ‘l fuq b’wirja qalbiena li iżda ma kinitx biżżejed.

Neptunes li fuq il-karta kienu favoriti kellhom il-partita għat-tela’ meta tilfu l-ewwel sessjoni 2-1 iżda irnexxilhom jidħlu gowl minn fuq fil-mistrieħ.
Wara li ħadu l-vantaġġ, il-partita setgħet tmur fuq naħa waħda iżda l-qlubija ta’ Sirens ħalliet il-logħba inċerta sal-aħħar minuta hekk kif id-distakk fil-bidu tal-aħħar sessjoni kien ta’ żewġ gowls. Fl-aħħar sessjoni Sirens pruvaw iżda kull darba li bdew jiskorjaw, Neptunes bdew iwieġbu. Meta dehret li l-partita sejra fuq in-naħa ta’ Neptunes, Sirens skorjaw żewġ gowls biex ħallew il-partita sal-aħħar minuta iżda Neptunes ikkontrollaw biex għaddew għal finali.

Neptunes> A. Borg Cole, N. Lanzon, M. Lanzon, M. Stellini (1), T. Agius, M. Zammit, S. Camilleri, J. Camilleri (3), A. Zarb Cousin, P. Biros (5), B. Muscat Dougall, T. Molnar (1), C. Mercieca
S
irens> N. Grixti, Z. Mizzi (2), C. Presciutti (3), G. Pace, M. Grech (2), C. Kiss (2), M. Caruana, D. Cutajar, J. Napier, E. Aquilina, L. Caruana, A. Sammut, M. Pisani
Referees> Massimo Angileri, Giovanni Del Bosco