F’partita li dehret li ma setgħet tispiċċa qatt, Otters Nivea għaddew għal finali meta għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos 12-11.
Otters għamlu prattikament partita minn fuq u sal-mistrieħ kienu qegħdin igawdu vantaġġ komdu ta’ tliet gowls, i]da l-għajja bdiet tagħmel tagħha u tilfu t-tielet sessjoni u anki tilfu l-aqwa skorer Vuksanovic. It-tim Għawdxi sofra fl-aħħar sessjoni u Ta’ Xbiex għamlu l-iskor indaqs biex sfurzaw il-ħin barrani.
L-ewwel sessjoni tal-ħin barrani ddeċidiet il-partita meta Edward poġġa lil Otters fil-vantaġġ bir-risposta ta’ Ta’ Xbiex tasal minn penalty ta’ Markoch li kien għamel l-iskor indaqs sakemm gowl fl-aħħar sekonda tas-sessjoni minn Duncan Schembri ta r-rebħa ta’ 12-11.
Otters> J. Micallef, G. Attard (1), G. Zammit, K. Scicluna, R. Bonnici, A. Borg, J. Paris (1), D. Schembri (2), A. Edward (1), S. Dimech, C. Martin, I. Vuksanovic (7), K. Grima Scott
Ta’ Xbiex> L. Borg, M. Maksimovic (3), M. Camilleri, S. Aquilina (1), K. Debattista, K. Mock, S. Gravina (1), M. Agius (1), E. Gravina, L. Pace, R. Attard, O. Zammit (3), P. Markoch (2)
Referees> Ronnie Spiteri, Giovanni Lo Dico
//= $special ?>