Aktar pajjiżi u kumpanniji qed jevakwaw liċ-ċittadini tagħhom mil-Libja, hekk kif is-sitwazzjoni fil-pajjiż qed tiggrava dejjem iktar. In-Nazzjonijiet Uniti u s-Salib l-Aħmar diġa evakwaw il-haddiema barrnain mil-Libja.
Wara li fl-aħħar jiem il-Filippini evakwaw mat-13,000 ħaddiem, issa kien imiss ukoll lill-Ġappun. Dan minbarra li l-kumpanija taż-żejt Taljana Eni, dik Spanjola Repsol kif ukoll il-kumpanija Franciza Total hargu lill-istaff taghhom mil-Libja.
Fl-aħħar siegħat milizzji Izlamisti ziedu l-attakk tagħhom fuq l-ajruport ta’ Tripli; liema attakki fl-aħħar jiem ħallew mill-inqas 50 mejta. Rapporti ta’ ġlied ukoll f’Benghazi fejn 12-il persuna inqatlu f’attakk suwiċida.
//= $special ?>

