Il-kowċ ta’ Roma Rudi Garcia qal li dan l-istaġun il-klabb se jkun qed jipprova jirbaħ it-titlu domestiku. Garcia ingħaqad ma’ Roma qabel l-istaġun li għadda mingħand Lille u Roma temmew fit-tieni post wara ċ-champions Juventus.
“Din is-sena l-għan prinċipali tagħna se jkun ir-rebħ tal-kampjonat. Staġun ilu spiċċajna t-tieni issa rridu nagħmlu pass ieħor ‘il quddiem. Ilna biss ġimgħa nħejju għall-istaġun li ġej u l-affarijiet diġa’ sejrin kif nixtieq jien.
Dan l-istaġun Roma se jkunu wkoll qed jikkompetu fiċ-Champions League. Il-klabb tal-belt kapitali Taljana diġa’ akkwista numru kbir ta’ plejers ġodda fosthom Keita, Iturbe, Emanuelson, Ucan u Ashley Cole. “Xtrajna dawn il-plejers kollha għax biex tikkompeti f’żewġ kompetizzjonijiet bħal ma huma l-kampjonat u ċ-Champions League trid skwadra kbira. Il-fatt li se nilagħbu fiċ-Champions League ifisser li se jkun staġun aktar diffiċli minn ta’ sena ilu imma ovvjament hu vantaġġ kbir li tieħu sehem f’kompetizzjoni li trendi daqstant dħul finanzjarju,” qal Garcia.
//= $special ?>

