Shakhtar Donetsk se jibdew jilagħbu l-partiti tagħhom fil-belt ta’ Lviv minflok f’Donetsk. Dan minħabba l-kunflitt li għaddej bħalissa fl-Ukrajna. Fi tmiem il-ġimgħa sitt plejers, ħamsa minnhom Brażiljani, ħarbu waqt li t-tim kien qed jilgħab logħba ta’ ħbiberija fi Franza u qed jirrifjutaw li jirritornaw fl-Ukrajna. Minn issa ‘l quddiem it-tim se jittħarreġ fil-belt ta’ Kiev u jilgħab il-partiti fl-Arena Lviv, grawnd li qiegħed madwar 600 mil ‘il bogħod. Il-grawnd ta’ Lviv kien wieħed mit-tmien grawnds li fihom intlagħbu l-partiti tal-Euro 2012.
//= $special ?>Shakhtar se jilagħbu f’belt oħra


