Iċ-ċiklist Pollakk Rafal Majka kiseb it-tieni rebħa tiegħu f’din l-edizzjoni tat-Tour de France meta rebaħ is-17-il tappa li kienet twila 124.5km. Iċ-ċiklist ta’ Tinkoff-Saxo kien rebaħ l-14-il tappa u l-bieraħ geleb l-isfida ta’ Giovanni Visconti ta’ Movistar u ta’ Vincenzo Nibali ta’ Astana li daħlu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. B’dan ir-riżultat Nibali kabbar il-vantaġġ tiegħu f’ras il-klassifika ġenerali għal ħames minuti u 26 sekonda fuq l-eqreb rivali tiegħu Alejandro Valverde.
Intant, Mark Cavendish qal li jittama li se jirritorna fl-azzjoni fi żmien erba’ ġimgħat biex b’hekk jikkompeti fit-Tour ta’ Spanja li jibda fit-23 ta’ Awwissu. Cavendish kien żloga spalltu fl-ewwel tappa tat-Tour de France.
//= $special ?>

