Kultura Lokali Mużika

Tribute band ta’ Robbie Williams fl-Għaxaq Music Festival

Għal sena oħra se jkun qed jiġi organizzat l-Għaxaq Music Festival, li din is-sena se jkun qed jara l-parteċipazzjoni ta’ tribute band ta’ Robbie Williams.
Dettalji dwar l-Għaxaq Music Festival ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet f’lukanda fil-Furjana fejn tħabbar li għal din is-sena, b’differenza mis-snin ta’ qabel, il-festival se jkun qed jinfirex fuq tlett ijiem minflok jumejn.

Il-festival se jkun qed isir fil-5, is-6 u s-7 t’Awissu fl-‘Għaxaq Grounds’ u din hija l-ħmistax-il edizzjoni ta’ dan il-festival.
Tribute band ta’ Robbie Williams, li hija kkunsidrata bħala n-numru wieħed tribute band tal-artist internazzjonali, se tkun l-atrazzjoni prinċipali fil-festival ta’ din is-sena. Il-band se tkun qed iżżur Malta u l-Għaxaq Music Fesitval bħala parti minn tour li qed jagħmlu bħalissa.

Xows oħra waqt il-festival jinkludu kunċert minn Tribali, u wirjiet minn Federica Falzon, Gaia Cuachi, Vincenzo Carni, Marco Vito u l-orkestra u l-kor La Voix.