Matul dan is-Sajf, Erseb Productions se tkun qed iżżur tliet festivals internazzjonali tal-kant. L-ewwel festival se jsir fl-Italja bl-isem ta “Voci Dal Sud“, li fih se jkun hemm 12 il-kantanta Maltija f’wieħed mill-akbar festivals li se jsir fl-Italja. Il-kantanti rebbieħa ta’ dan il-festival jirbħu premijiet kbar, fostom boroż ta’ studju għall-karriera tagħhom fil-kant.
Mariah Nicola Vella, Emma Muscat, Danika Cutajar u Kayley Cuschieri se jkunu qed jikkompetu fis-semi finali tal-festival, li se jsir is-Sibt li ġej, bl-għan li jgħaddu għall-finali tal-festival li jsir l-għada.
Min-naħa l-oħra, Gulia Cilia, Jahel Cardona, Kelsey Bellante, Michela Pace, Raisa Marie Micallef, Althea Mifsud, Lindsay Mallia u Michela Dalli diġà għaddew għall-finali tal-festival b’casting li sar ftit tal-ġimgħat ilu f’Malta bil-kollaborazzjoni ta’ Erseb Productions. It-talent ta’ dawn il-kantanti hu wieħed promettenti ħafna u huma lkoll lesti biex jagħmlu isem tajjeb għal Malta.
//= $special ?>