Lokali

Beppe Fenech Adami lura Malta llejla

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami mistenni lura Malta llejla wara żjara medika privata fir-Renju Unit.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li Beppe. Fenech Adami mistenni jkompli bil-kura tiegħu f’Malta u barra minn Malta fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

Għal darb’oħra, l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jappella biex tiġi rispettata l-privatezza tal-familja Fenech Adami, ittemm l-istqarrija.