Lil hinn mix-xmara Clyde fil-qalba ta’ Glasgow, f’Celtic Park saret iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-20 Edizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth.
Ċerimonja spettakolari illi kkonfermat mhux biss il-progress li sar mill-ewwel edizzjoni tal-1958 f’Cardiff iżda fuq kollox ċerimonja illi bħal dejjem kienet xenarju għal Commonwealth.
Fil-presenza tar-Reġina Eliżabetta u l-ogħla awtoritajiet tal-Commonwealth il-qofol jibqa il-parata tal-atleti.
B’kollox 71 pajjiż u territorju fi ħdan il-Commonwealth li jirapreżentaw l-4,560 atleta li qed jieħdu sehem. U għal darb’ oħra fost dawn Malta li dejjem ħadet sehem mill-ewwel edizzjoni tal-1958.
Il-kontinġent Malti ta’ 27 atleta li se jieħdu sehem f’9 dixxiplini u qed jitmexxa mix-chef de Mission Mark Cutajar.
Il-bandiera Maltija inġarret mill-atleta Kevin Moore li qiegħed fit-tieni parteċipazzjoni tiegħu f’dan il-Logħob.
Għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ li għaliha attendew 40,000 spettatur l-attrazzjoni prinċipali kienu l-kantanti ta’ fama internazzjonali fosthom Rod Stewart u Susan Boyle.
//= $special ?>

