Internazzjonali

L-Air Algerie titlef il-kuntatt ma’ ajruplan mill-flotta tagħha

Il-linja nazzjonali tal-ajru Alġerina, Air Algerie, irrappurtat li tilfet il-kuntatt ma’ ajruplan mill-flotta tagħha, li kien għadu kif telaq f’titjira minn Burkina Faso. Il-linja tal-ajru qalet li l-kuntatt mal-ajruplan intilef madwar 50 minuta wara t-tluq tiegħu.

Rapporti fuq il-media internazzjonali qed jgħidu li abbord l-ajruplan kien hemm 110 passiġġier u sitt membri tal-ekwipaġġ.