Internazzjonali

L-Iraq bi President ġdid

Il-Parlament fl-Iraq eleġġa lil politiku Kurd Fouad Massoum bħala s-suċċessur ta’ Jalal Talabani fil-kariga ta’ President. Massoum, fl-eta’ ta’ 76 sena, huwa wieħed mill-fundaturi tal-partit Unjoni Patrijotika tal-Kurdistan; l-istess partit tal-President attwali Talabani.

Sa’ mill-2003 il-President tal-Iraq dejjem kien Kurd, l-Prim Ministru Shita u l-ispeaker Sunni. Il-ġimgħa li għaddiet Salim al-Jabouri kien elett speaker tal-parlament.