Il-Mara Sudaniża li ħarbet lejn l-Italja wara li ħelsitha mill-piena kapitali talli ċaħdet l-Islam kellha udjenza privata ma’ Papa Franġisku. F’laqgħa ta’ madwar nofs siegħa fir-residenza tal-Papa f’Santa Marta il-mexxej tal-Knisja Kattolika irringrazzja lil Meriam Yahia Ibrahim Ishag tal-fidi tagħha filwaqt li saħaq li l-laqgħa kellha turi solidarjeta’ ma’ dawk kollha li jbgħatu minħabba l-fidi tagħhom.
Il-każ ta’ Meriam Yahia Ibrahim Ishag kien iġġenera kundanna internazzjonali. Minn naħa tagħha l-mara dejjem saħqet li ma’ kienx veru li hi ċaħdet l-Islam hekk kif hi dejjem spjegat li filwaqt li missierha kien Musulman hija dejjem kienet Nisranija, bħalma kienet ommha.
Intant mal-wasla tagħha fl-Italja l-mara ntlaqat mill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi li minn naħa tagħha qal li dan kien jum ta’ ċelebrazzjoni.
//= $special ?>

