Raġel ta’ 31 sena mill-Isla baqa’ miżmum taħt arrest preventiv wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li hedded u fera gravament lill-ex tfajla tiegħu u li żamma kontra l-volonta’ tagħha.
L-Avukat Franco Debono li qed jirrappreżenta lil ex tfajla ta’ Renald Hayman qal li l-akkużat għandu problema serja ta’ alkoħol, u li meta jixrob ħafna jitlef il-kontroll tiegħu nnifsu totalment. L-Avukat Debono qal ukoll li Hayman kemm il-darba jasal id-dar fis-sakra, u jispiċċa jsawwat lill-vittma.
L-Ispettur Frankie Sammut, li qed imexxi l-Prosekuzzjoni qal fil-Qorti li l-Pulizija rċeviet numru ta’ rapport ta’ abbuż minn naħa tal-akkużat. Huwa qal ukoll li Heyman għandu biża tremenda fih għax dejjem kien jaħseb li t-tfajla tiegħu Maria Vassallo, se tittradih, u għahekk huwa kien jheddidha biex ma toħroġx mid-dar.
L-Avukat Lucio Scriha li qed jidher għall-akkużat qal li l-problema tal-klijent tiegħu hija li fil-passat ma kellux ħajja faċli. Qal li Renald Hayman huwa raġel tajjeb, iżda meta jixrob jitlef il-kontroll. Huwa talab lill-Qorti biex tgħinu kemm jista’ jkun.
Hayman wieġeb mhux ħati wkoll li fera ħafif lit-tfajla darbtejn, li kiser il-paċi pubblika, li sar reċidiv u li kiser ordni ta’ probation. Il-Maġistrat Bugeja ma laqax talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat u ordna lill-awtoritajiet biex jingħata l-għajnuna neċċessarja biex jirriabilita’ lilu nniffsu.
//= $special ?>