Lokali

Tnaqqis fil-qgħad f’Ġunju li għadda

Matul Ġunju 2014, il-qgħad naqas meta mqabbel ma’ Ġunju 2013. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) pprovduti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) juru li l-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Ġunju 2014 kien 6,751, jiġifieri tnaqqis ta’ 489 persuna mis-7,279 li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’Ġunju 2013.

L-istatistika tal-NSO tgħid li t-tnaqqis kien mifrux fuq l-etajiet kollha, iżda l-aktar tnaqqis sinjifikanti kien reġistrat fost persuni li għandhom 45 sena u aktar. Kien reġistrat ukoll tnaqqis fin-numru ta’ persuni jirreġistraw meta mqabbel ma’ Mejju 2014, li fih kien hemm 7,141 persuna jfittxu x-xogħol.

Ir-rata tal-qgħad għal Frar 2014 kienet ta’ 4.6%.