MaltaRightNow.com jinsab infurmat li fil-ħin li ġej se jkun qed jinżel ajruplan fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li ġej mil-Libja.
Kollox jindika li fuq l-ajruplan hemm nies li talbu li jiġu evakwati mil-Libja.
Uffiċjal mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li miegħu tkellem dan is-sit qal li ma l-Ajruport ma jistax jagħti informazzjoni ta’ din ix-xorta minħabba raġunijiet ta’ sigurta’
Fl-aħħar siegħat f’pajjiżna sar magħruf li l-Gvern ilu minn nhar il-Ħadd li għadda infurmat b’każ ta’ Malti li nħataf fil-Libja… każ li madanakollu nżamm mistur mill-Gvern. Dan seħħ fl-istess żmien li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella saħaq li m’hemmx lok għall-allarm dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.
Aqra aktar billi tagħfas hawn.
//= $special ?>

