Dublin, Irlanda: Dawn huma filmati ta’ mara li sfat attakkata minn raġel fuq karozza tal-linja ġewwa Dublin, l-Irlanda.
Il-filmat li nġibed minn persuna li kienet miexja barra l-karozza tal-linja, juri mara li kienet bilwieqfa fuq it-tieni livell tal-karozza tal-linja, meta raġel jersaq lejha u jibda jtiha bil-ponn.
Il-filmat għad irid jiġi verifikat, madanakollu, kelliem għas-servizz tat-trasport pubbliku f’Dublin ikkonferma li kien hemm inċident fuq waħda mill-karozzi tal-linji.
Skont l-istess kelliem, il-mara ttieħdet l-isptar. Għalkemm ma jidhirx fil-filmat, jidher li raġel ieħor weġġa’ wara li prova jintervjeni biex jaqbeż għall-mara.
//= $special ?>

