Minħabba l-attivitajiet marbuta mal-Festa ta’ Santa Venera fi tmim din il-ġimgħa, il-mini ta’ Santa Venera se jkunu magħluqin għat-traffiku s-Sibt bejn id-9.30pm u l-11pm u l-Ħadd bejn is-7.30pm u t-8.30pm.
Fi stqarrija, Transport Malta ħabbret li minħabba dan, it-traffiku se jingħadda kif ġej:
– Vetturi fi triqthom lejn Triq Mikiel Anton Vassalli se jiġu ddevjati lejn Triq Tas-Sliema fid-direzzjoni lejn Tas-Sliema jew ir-roundabout tal-Università għal Misraħ il-Menqa fl-Imsida.
– Vetturi li jkunu ġejjin mir-roundabout ta’ Santa Venera se jiġu ddevjati lejn Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera jew minn Triq Psaila f’Santa Venera għal Triq il-Wied fl-Imsida.
– Vetturi li jkunu ġejjin mill-Imsida se jiġu ddevjati lejn ir-roundabout ta’ Santa Venera.
– Vetturi li jkunu mill-by-pass tal-Imrieħel se jiġu ddevjati lejn Triq il-Kanun f’Santa Venera minn Triq il-Mitħna jew minn ħdejn il-kumpless tal-Flamingo.
– Vetturi li jkunu ġejjin min-nofsinhar ta’ Malta se jiġu ddevjati lejn Triq Diċembru 13 għal Sa Maison jew lejn Triq is-Sebħ għall-by-pass tal-Imrieħel.
//= $special ?>