Lokali Parlament

Il-Parlament jaġġorna għat-13 ta’ Ottubru fil-bini l-ġdid

Il-Ġimgħa filgħaxija l-Parlament aġġorna għal nhar it-Tnejn 13 ta’ Ottubru 2014 meta hu ppjanat li jiltaqa’ fil-bini tal-Parlament il-ġdid fid-daħla ta’ Bieb il-Belt.

Fi tmiem is-seduta, il-Parlament aġġorna għall-vaganzi tas-sajf biż-żewġ naħat tal-Kamra flimkien mad-Deputat Speaker Ċensu Galea, jawguraw vaganzi ta’ mistrieħ.