Il-Business Development Unit ġdid fi ħdan id-Direttorat tal-Ippjanar għandu l-għan li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, tipprovdi servizz iktar effiċjenti u orjentat lejn in-negozju għall-applikanti li jiddeċiedu li jibdew jew ikomplu jkabbru l-attivitajiet kummerċjali tagħhom.
Dan ħareġ waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ġimgħa filgħodu fejn ngħataw dettalji dwar kampanja ta’ informazzjoni bl-isem ta’ Business Sense u miżuri oħra li għandhom l-għan li jgħinu lin-negozju.
Din l-inizjattiva ssegwi oħrajn li ddaħħlu fis-seħħ fl-aħħar xhur fosthom it-tnaqqis tal-miżati li negozju jeħtieġ li jħallas meta jissottometti applikazzjoni għal żvilupp, estensjoni tal-perjodu ta’ validita tal-permess kollha tal-iżvilupp li skadew iżda nħargu wara Awwissu tal-2006 u l-perjodu ta’ validita tal-Compliance Ċertificate.
Sar ukol aġġornament u adattament ta’ numru ta’ policies tal-ippjanar ġodda, kif ukoll reviżjoni ta’ policies. Dan minbarra li l-MEPA u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilta’ qablu dwar protokoll biex jindirizza oqsma t’ambigwita li jiltaqgħu magħhom persuni bi problemi ta’ mobilta’.
//= $special ?>