Edukazzjoni Lokali

Il-pressjoni tal-KSU u tal-Oppożizzjoni jħallu l-frott

Wara pressjoni qawwija mill-KSU, il-Ġimgħa wara nofsinhar il-Union tal-Lecturers, l-UMASA, u dik tal-Għalliema l-MUT irtiraw id-direttivi tagħhom biex b’hekk ir-riżultati tal-istudenti tal-Junior College u l-Universita’ jistgħu jiġu ppubblikati.

Dan l-iżvilupp wasal biss ġurnata wara li l-Kunsill Studenti Universitarji beda petizzjoni li fiha appella biex l-istudenti ma jibqawx jintużaw bħala arma f’idejn il-Gvern u l-Unions u jinħarġu r-riżultati. Sal-hin li d-direttivi ġew irtirati, din il-petizzjoni kienet ġiet iffirmata minn 2,605 persuna.

[headlines headline=”h3″ ]Il-Gvern jirreaġixxi għall-pressjoni li saret mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil [/headlines]

Intant il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li hu ta sodisfazzjon li fl-aħħar, wara ġimgħat ta’ taqtih il-qalb, il-Gvern waqaf iwebbes rasu u ndika li jista’ jasal għal xi tip ta’ ftehim mal-lecturers tal-Universita’ u l-Junior College. Dan ifisser li fl-aħħar, se tieqaf issir inġustizzja mal-istudenti, u issa se jkunu jistgħu jirċievu r-riżultati tal-eżamijiet li għamlu.

L-istqarrija tkompli tgħid li tidher ċara li wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ingħaqad mal-istudenti f’petizzjoni biex tinstab soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr, il-Gvern kien kostrett jirreaġixxi u ra kif għamel biex isib xi forma ta’ ftehim mal-unions tal-lecturers.

L-importanti issa hu li l-istudenti kollha jingħataw ir-riżultati kemm jista’ jkun malajr, biex ikun assigurat li ma jintilfu ebda’ opportunitajiet li jista’ jkollhom xi studenti, b’mod speċjali barra minn Malta.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija rringrazzja wkoll lill-Kunsill tal-Istudenti Universitarji li ħadem kemm felaħ f’ġieħ l-interess tal-istudenti kollha.

Aktar kmieni

[headlines headline=”h3″ ]L-istudenti l-ewwel u qabel kollox – Simon Busuttil [/headlines]

12:03 Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ingħaqad ma’ aktar minn 2,200 persuna u ffirma l-petizzjoni li qed jorganizza l-Kunsill Studenti Universitarji bil-għan li l-Gvern ikompli bin-negozjati tiegħu mar-rappreżentanti tal-Lecturers mill-aktar fis possibli.

Simon Busuttil qal li l-istudenti qatt u qatt m’għandhom jintużaw bħala ballun politiku, wisq aktar fi żmien daqstant sensittiv bħalma hu issa, meta l-istudenti jkunu fuq ix-xwiek jistennew biex jaraw jekk it-tant sagrifiċċji li jkunu għamlu matul is-sena akkademika ħallewx il-frott.

F’post fil-Paġna tiegħu fuq Facebook, il-Kap tal-PN għamel appell lill-Gvern biex ipoġġi fuq il-mejda, jinnegozja u dejjem iġib l-interess tal-istudenti l-ewwel u qabel kollox.

Agħfas hawn biex tiffirma l-petizzjoni online.