Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil appella lill-Gvern biex jagħraf jieħu l-aħjar azzjonijiet quddiem il-kriżi ġdida li hemm fil-Libja biex il-pajjiż jerġa’ joħroġ ta’ nies kif kien ħareġ taħt Gvern Nazzjonalista fil-kriżi meta tneħħa Gaddafi.
Dan l-appell il-Kap tal-Oppożizzjoni għamlu meta l-Ġimgħa filgħaxija kien qed jitkellem fil-Parlament fil-mozzjoni mressqa mll-Oppożizzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.
Simon Busutill qal li dak li jolqot lil-Libja jolqot ukoll lil Maltin u għamel anliżi tas-sitwazzjoni fil-Libja wara t-tneħħija ta’ Gaddafi. Malta għandha interses qawwi li l-Libja ssir stat stabbli biex il-Libja tkun tista’ titratta b’mod effettiv il-problema tal-immigrazzjoni. Malta diġa’ tat sehem kbir lil-Libja fl-2011 għaliex għandha rwol importanti biex tgħin lill-poplu Libjan u lill-komunita internazzjonali permezz tal-evakwazzjoni kbir li kienet sareet.
Malta reġgħet qed tissejjaħ biex tilgħab rwol importanti biex il-Libja terġa’ tinbena mill-ġdid, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni li qal li Malta għandha żżomm preżenza fil-Libja. Hu qal li kulħadd jistenna li l-Libja għandha toħroġ ta’ nies kif diġa għamel u għandha tkun mexxejj u jkollha rwol f’każ ta’ emerġenzi.
Simon Busuttil qal li fl-2011 il-Gvern Malti kien jinforma kontinwament lill-Oppożizzjoni waqt li llum l-Oppożizzjoni ssir taf l-aħbarijiet drammatiċi mill-media għaliex il-Gvern ma jagħtix l-informazzjoni. Hu staqsa jekk Malta għandhiex pjan f’każ ta’ evakwazzjoni ta’ massa mil-Libja bħall-2011 u jekk jiġu eluf ta’ persuni lejn Malta.
Hu staqsa jekk Malta hix iżżomm lil-Libja fuq l-aġenda tal-UE u internazzjonali, jekk hix tingħata għajuna diretta lil-Libja, jekk jafx min huma l-fazzjonijiet militari, kif Malta qed tgħin fil-bidla mid-dittatura għad-demokrazija.
Hu sostna li Malta għandha tqum għal din l-okkażjoni u għalhekk il-Gvern għandu jispeċifika jekk hux qed jagħmel dan. Hu kompla li l-ewwel prijorita hi s-sigurta tal-Maltin li hemm fil-Libja.
Simon Busuttil qal li Maltin li hemm fil-Libja qed jilmentaw li l-Gvern Malti m’għamilx biżżejjed magħhom meta kienu fil-Libja. Il-Maltin li kienu fil-Libja qed jilmentaw li uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qalulhom li kien tort tagħhhom li ma telgħux l-aħħar ajruplan mil-Libja. Kieku ma kinitx l-Oppożizzjoni li nsistiet għal din id-diskussjoni l-Gvern ma kinx jinforma lill-pubbliku dwar is-sitwazzjoni li hemm fil-Libja.
Il-Gvern irid jispjega xġ’ħejja biex jiddefendi l-interessi kummerċjali fil-Libja, sostna Simon Busuttil, li kompla l-Gvern ma jistax jgħid li dawn huma affarijiet li qatt ma ġraw għaliex tliet snin ilu l-Gvern Malti wera kemm kien ppreparat u kemm kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Il-Gvern Malti għandu jġib għall-attenzjoni tal-UE u tal-Presidenza Taljana s-sitwazzjoni fil-Libja.
Hu staqsa x’qed jagħmel il-Gvern biex is-sitwazzjoni titpoġġa fuq l-aġenda tal-UE u biex il-Presidenza Taljana tieħu azzjoni, staqsa l-Kap tal-Oppożizzjoni, li qal li l-UE għandha diversi modi kif tista tieħu azzjoni.
L-Oppożizzjoni trid li l-poplu jserraħ rasu li l-Gvern jaf x’qed jagħmel fl-aħjar interess ta-sigurta tal-Maltin u tar-rabtiet bejn il-poplu Malti u l-poplu Libjan. L-Oppożizzjoni ressqet emenda li fiha intqal li l-Gvern jieħu l-miżuri kollha meħtieġ biex il-Malti maħtuf fil-Libja tiġi liberata u tinġieb Malta.
//= $special ?>
