Lokali

Ritratti: Żewġ barranin iweġġgħu f’argument bejniethom fix-xatt ta’ Tas-Sliema

Libjan u Sirjan residenti Malta weġġgħu f’argument bejniethom li spiċċa ntużat arma li taqta’ u bil-ponta. L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, ftit qabel 12am, fix-xatt ta’ Tas-Sliema. Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li fl-argument kienu nvoluti l-Libjan ta’ 31 residenti l-Gżira u s-Sirjan ta’ 21 sena residenti Santa Venera.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-argument, iżda l-informazzjoni li għandna tgħid li ż-żewġ barranin sofrew feriti iżda ma jinsabux fil-periklu li jitilfu ħajjithom. Jirriżulta li s-Sirjan sofra feriti ħfief, filwaqt li l-Libjan kien ċertifikat li sofra feriti gravi minħabba qata’ li sofra fil-pala ta’ idu x-xellugija.

Fil-post waslu numru ta’ membri mill-Korp tal-Pulizija, filwaqt li ssejħu żewġ Ambulanzi biex il-barranin jingħataw l-għajnuna medika b’mod separat.