Taljan ta’ 24 sena ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal sentejn wara li pprova jimbarka b’karozza tal-kiri mikrija mil-Italja lejn il-Libja. Michael Cuffari, residenti n-Naxxar, kera karozza BMW mingħand AVIS fl-Italja u ġie biha f’Malta abbord il-katamaran tal-Virtu Ferries nhar it-Tnejn li għadda.
Il-Pulizija, li kienu qegħdin jispezzjonaw il-karozzi, innotaw il-karozza tal-kiri ta’ Cuffari u skoprew li kiser il-kundizzjonijiet tal-kumpanija tal-kiri li l-karozza ma setgħetx tinħareġ mill-Italja.
Cuffari jidher li kellu ftehim li jbiegħ il-karozza lil raġel Malti li mbagħad kellu jieħu l-karozza bil-baħar lejn il-Libja fejn imbagħad kien ikun diffiċli ferm biex tkun intraċċata.
Meta tressaq quddiem il-Maġistrat Miriam Hayman Cuffari ammetta l-akkużi tal-Ispettur James Grech li mexxa l-Prosekuzzjoni kontrea t-Taljan residenti f‘Malta.
//= $special ?>

