Internazzjonali

12-il siegħa ta’ waqfien mill-ġlied f’Gaza

Il-Palestinjani u l-Izraeljani ftehmu li jagħmlu 12-il siegħa waqfien mill-ġlied fil-Mhedda ta’ Gaza. F’Gaza, xi Palestinjani ddeċidew li jmorru jżuru id-djar tagħhom li kienu jinsabu f’żoni milquta mill-bombi u l-isparar.

F’dan il-kunflitt li beda fit-8 ta’ Lulju mietu 870 Palestinjan u 38 Izraeljan.

It-taħdidiet dwar il-possibilta’ ta’ waqfien mill-ġlied għal perjodu itwal mistennija jkomplu aktar ‘il quddiem.