B’riferenza għar-rapport li xxandar fuq Net News f’ April li għadda fejn intqal li l-Pulizija ma weġibtx jekk sarx breathiliser test fl-inċident ta’ Owen Bonnic, u rapporti oħra relatati dwar is-suġġett, l-istazzjoni irid jiddikjara li bl-ebda mod ma ried jallega li l-Ministru Owen Bonnici kien qiegħed isuq taħt l-influwenza tax-xorb.
Il-Ministru ma laqat lil ebda persuna bil-vettura tiegħu, iżda inċidentalment laqat karozza oħra fil-bypass ta’ Santa Venera u din il-karozza laqtet persuna li kienet wieqfa ħdejha.
Il-Ministru Owen Bonnici kkopera bi sħiħ mal-awtoritajiet li ġew fuq il-post minnufih u segwa l-proċeduri li kull ċittadin isegwi f’ċirkostanzi bħal dawn.
L-istazzjon jiskuża ruħu għal kwalunkwe dell ikrah li seta’ nxteħet fuq l-integrità tal-Ministru.
Din id-dikjarazzjoni qed tiġi mxandra wara ftehim li ntlaħaq b’rabta mar-rapporti li xxandru u li taw lok għall-kawża.
B’hekk qiegħda tiġi tranzatta l-kawża ta’ libell
//= $special ?>