L-istudenti li jattendu skejjel jew istituzzjonijiet post-sekondarji se jibdew jirċievu għotja fil-kont bankarju tagħhom fil-bidu ta’ kull sena akkademika u b’hekk is-sistema tal-ismart ċards se tispiċċa.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo fisser f’konferenza tal-aħbarijiet li din is-sistema l-ġdida se tiffanka lill-gvern madwar €175,000 fi spejjeż amministrattivi.
Hu qal li xi 18,000 student huma eliġibbli għall-ismart card, li qed tiswa madwar 7 miljun ewro u nofs mit-taxxi tal-poplu.
Il-Ministru Bartolo xejjen ċertu tħassib li t-tneħħija tal-ismart card se tagħti lok għal abbuż, u allura tagħmilha possibbli għall-istudenti biex jużaw il-flus għal skopijiet oħrajn, għajr dawk akkademiċi.
Evarist Bartolo qal li se jkunu enforzati r-regolamenti li se jkunu qed jobbligaw lill-istudenti biex jirrifondu l-għotja jekk jirrizenjaw mill-kors tagħhom, jew jekk jabbużżaw mis-sistema b’mod sfaċċat.
L-istudenti post-sekondarji se jkunu jistgħu japplikaw għal din l-għotja minn Settembru li ġej.
//= $special ?>
