Il-Koperattiva Malta Maritime Pilots inawgurat il-pilot boat ġdida OHIO. Din hija is-seba’ lanċa ta’ pilotaġġ li se tkompli tiżgura li l-koperattiva żżomm ir-rekord eċċellenti tas-servizz li toffri. Il-lanċa fissret investiment ta’ 600,000 ewro bl-immuntar u l-irfinar tagħha jsir f’Malta.
F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Port Hieles, il-President tal-Koperattiva, iċ-Chief Pilot Jesmond Mifsud qal li quddiem il-kompetizzjoni qawwija ta’ portijiet rivali u t-tibdil kontinwu fil-ħtiġijiet tal-industrija marittima, is-siġriet għas-suċċess huwa investiment u aġġornament kontinwu tal-faċilitajiet u t-tagħmir li jintuża.
Fl-istess ħin ta’ din l-inawgurazzjoni il-Koperattiva Malta Maritime Pilots nediet pilot station fil-Malta Freeport. Din l-ewwel pilot station fil-portijiet Maltin tinkludi kamra għall-piloti u għall-membri tal-ekwipaġġ tal-lanċa biswit il-moll tal-laneċ.
Dan se joffri lill-piloti u lill-membri tal-ekwipaġġ post fejn jistrieħu sakemm ikunu qegħdin jistennew sabiex jipprovdu s-servizz tagħhom.
Il-Malta Maritime Pilots qed tinvesti wkoll fir-riżorsi umani u riċentament dahħħlet magħha Master Mariners ġodda bħala junior pilots biex tiżgura li jkun hemm transizzjoni ta’ taħrig, esperjenza u għarfien bejn il-piloti l-ġodda u dawk akbar fl-eta’ li għadhom snin ta’ esperjenza.
//= $special ?>