Lokali

Irrilaxxati 21 katavru tal-immigranti li mietu fl-ibħra madwar Malta

Illum il-Maġistrat irrilaxxa wieħed u għoxrin kadavru mid-disgħa u għoxrin immigrant li ddaħħlu mejta abbord ta’ dgħajsa l-Ħadd li għadda.

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali mis-Segretarjat Parlamentari għas-saħħa saħaq li l-proċess ħa fit-tul minħabba li kien jeħtieġ li ssir awtopsja u testijiet oħra fuq kull kadavru, b’ħafna minnhom kienu fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Il-kadavri ġew rilaxxati wara li saritilhom l-awtopsja, it-testijiet tossikoloġiċi kif ukoll testijiet tad-DNA.

Il-kadavri kienu rilaxxati wara li saret ukoll konsultazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, hekk kif l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani qed jikkollaboraw f’dawn l-investigazzjonijiet.

Il-Ministru Manuel Malli kompli la l-kumplament tal-kadavri jiġu rilaxxati meta jitlesta l-proċess kollu.

Fl-16:00hrs se jkun qiegħed isir it-talb mill-qassis Kattoliku u rappreżentant tal-IMAM fil-Multi Faith Room fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministru Manuel Mallia kkonkulda li fis-sigħat li ġejjin id-dfin tat-28 katavru se jkun qiegħed isir fiċ-ċimiterju tal-Addolorata filwaqt li katavru ieħor se jkun qiegħed jindifen fiċ-ċimiterju tat-Torok fil-Marsa.

Il media se tkun qed titħalla tkun preżenti għall-ewwel ftit minuti tat-talb.